Tuesday, February 7, 2012

Storja tal-Biża'

Kienet riesqa r-Rebbiegħa. Is-Sibt filgħodu Rita u Marisa marru l-bandli. Tgħidx kemm ħadu gost jiġru u jaqbżu. Imma wara ftit Rita iddejqet u qalet lil Marisa biex imorru passiġġata. Marisa aċċttat u hekk għamlu. Waqt li huma bdew mexjin raw dar kbira u antika u xtaqu jidħlu. Din kienet mitluqa ħafna. Kif tefghu idejhom fuq il-bieb , il-bieb infetaħ. Dak il-ħin harsu lejn xulxin... raw ħafna passi tas-saqajn u raw siġġu li f' daqqa waħda inkiser . Dak il-ħin kien nieżel l-ilma hekk kif bdew jaraw sikkina bid-demm fuq il-kexxun u aktar twerwru. Sabu bieb ieħor u dan il- bieb kien jinfetah. Dlonk telqu d-dar taghhom u spjegaw kollox lill-ġenituri tagħhom x'kienu raw. Din il-ġurnata żgur jibqghu jiftakruha u qatt mhu ser jinsew dak li raw b'għajnejhom.

2 comments: